Tuesday, May 14, 2024

Jinġabru aktar minn €3,000 għal Puttinu Cares mill-funeral ta’ Miguel

Aqra wkoll

Waqt l-aħħar tislima liż-żagħżugħ Miguel Borg inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,002.40. Iddikjarat dan il-fondazzjoni Puttinu Cares filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li pparteċipaw f’din il-ġabra. 

Miguel Borg jibqa’ mfakkar għad-determinazzjoni tiegħu biex jirnexxi fuq livell akkademiku fejn ftit ġimgħat ilu rnexxielu jiggradwa fl-inġinerija.

Huwa ġie ppreżentat biċ-ċertifikat tant meritat f’ċerimonja speċjali f’daru stess minħabba l-ġlieda tiegħu kontra marda terminali.

Sport