Friday, December 13, 2024

Jinġabru biex isellmu lill-Pulizija ta’ dixxendenza Maltija li miet traġikament fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk il-persuni li lbieraħ inġabru għall-kortija tal-funeral biex jonoraw u jsellmu l-memorja tal-Uffiċjal tad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Huntington Beach, Nicholas Vella.

Vella kien pulizija ta’ dixxendenza Maltija u sfortunatament miet fi tmiem il-ġimgħa wara li ġġarraf il-ħelikopter tal-pulizija.

Dawk li nġabru għall-kortija tal-funeral iddeskrivewh bħala uffiċjal kuraġġuż u li issa l-legat tiegħu se jibqgħu ħajjin f’bintu u martu. Sostnew li t-telf ta’ uffiċjal titqies bħala telf għall-komunità u l-familja kollha tal-infurzar tal-liġi.

Vella ta’ 44 sena miet meta l-ħelikopter tal-pulizija li kien passiġġier fih iġġarraf f’Newport Harbour, ħdejn il-Peniżola ta’ Lido, is-Sibt filgħaxija. Huwa kien veteran ta’ 14-il sena mid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Huntington Beach u qabel kien membru tad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Laguna Beach.

It-tieni uffiċjal involut fl-inċident ħareġ mill-isptar nhar il-Ħadd. Rapporti internazzjonali qalu li bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar il-kawża eżatta ta’ x’wassal biex iġġarraf il-ħelikopter, għalkemm il-kelliema tad-dipartiment tal-pulizija Jennifer Carey qalet li jista’ jkun li tgħaddi sa sena qabel ma l-kawża tkun magħrufa b’ċertezza.

Ekonomija

Sport