Is-somma finali li nġabret waqt il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Malta Trust Foundation li saret ilbieraħ kienet ta’ €1,210,653.
Din il-maratona kienet b’risq it-tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu u dawk it-tfal li huma neqsin mid-dawl.
Din se tkun maratona li xxandret fuq l-istazzjonijiet lokali kollha kellha l-għan li jinġabru aktar fondi għal din il-fondazzjoni li qed tagħmel ġid kbir fis-soċjetà Maltija.
Il-President Emeritu, u Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie-Louise Coleiro Preca fuq il-midja soċjali rringrazzjat lil kulħadd.
Fl-aħħar jiem, Talk.mt kien intervista lill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca. Aqra iktar: “Qed naħsbu f’apparat li jgħin lil tfal bl-awtiżmu jesprimu ruħhom”