Tuesday, December 24, 2024

Jinġabru €1,764 b’risq Puttinu Cares waqt il-funeral taż-żagħżugħa Rezmanelle

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Jidher li x-xewqa tal-ġenituri ta’ Rezmanelle Fenech intlaqgħet sew, hekk kif kienu bosta dawk li taw donazzjonijiet lil Puttinu minflok inxtraw il-fjuri. F’kitba li ttellgħet illum minn Puttinu Cares, tħabbar li waqt il-quddiesa tal-funeral inġabret is-somma ta’ €1,764.

It-tfajla ta’ 21 sena ngħatat l-aħħar tislima fis-7 ta’ Frar li għadda fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Elena, f’Birkirkara. Il-mexxejja ta’ Puttinu ddeskrivew lil Rezmanelle bħala tfajla bi tbissima sabiħa.

Fl-istess kitba, il-mexxejja ta’ din l-NGO qalu wkoll li apparti l-inizjattiva biex jinġabru donazzjonijiet waqt il-funeral, il-ġenituri ta’ din it-tfajla fil-Ġimgħa l-Kbira se jkunu preżenti waqt it-18-il edizzjoni tal-Mixja ta’ Puttinu biex ikomplu jgħinu lil din l-entità karitattiva.

Ekonomija

Sport