Saturday, May 4, 2024

Jinġabru €2,360 waqt il-funeral taċ-ċkejken Matthias

Aqra wkoll

Jidher li x-xewqa tal-ġenituri taċ-ċkejken Matthias Abela — dik li minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu — intlaqgħet sew min-nies li attendew għall-funeral. Dan hekk kif iktar kmieni llum Puttinu Cares ħabbru li waqt il-quddiesa tal-funeral inġabret is-somma ta’ €2,360.

Iċ-ċkejken Matthias, it-tifel ta’ ħames snin, ingħata l-aħħar tislima fis-7 ta’ Ġunju li għadda, fil-Knisja Parrokkjali tal-Qala Għawdex.

Puttinu Cares iddeskrivew lil Matthias bħala tifel li jimla kull fejn ikun bi mħabba kbira. Apparti li kellu leħen ħelu ta’ ċkejken li kien, huwa kellu wkoll l-aċċent Għawdxi li bih kien jikseb is-simpatija ta’ dawk kollha li kienu jkellmuh.

Sport