Sunday, November 24, 2024

Jinġabru iktar minn €300,000 għall-bini ta’ ċentru ġdid tal-fondazzjoni Inspire

Aqra wkoll

Il-maratona televiżiva ta’ 12-il siegħa b’risq il-fondazzjoni Inspire, li saret ilbieraħ, issarrfet f’ġabra ta’ €329,210, liema somma ser tintuża għall-bini taċ-Ċentru ġdid ta’ Riabilitazzjoni u Benessri fil-kumpless tal-NGO f’Wied il-Għajn.

“Ninsabu ferħanin u grati għall-appoġġ inkredibbli muri minn individwi, negozji, u komunitajiet madwar Malta u Għawdex,” qal Antonello Gauci, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Inspire.

“It-telethon ‘Jien Suċċess’ mhux biss uriet is-saħħa tal-għaqda, iżda saħħet ukoll l-impenn kondiviż tagħna lejn il-ħolqien ta’ ambjent aktar inklussiv u ta’ appoġġ għal individwi b’diżabilità u għal dawk kollha fil-bżonn tas-servizzi tagħna,” kompla jgħid is-Sur Gauci.

Huwa kompla jfisser li l-ispiża stmata għall-bini ta’ dan iċ-ċentru tlaħħaq madwar l-€400,000, filwaqt li spjega li ċ-Ċentru tar-Riabilitazzjoni u l-Benessri għandu l-għan li jipprovdi faċilità kompletament aċċessibbli, li fiha ġinnasju ta’ riabilitazzjoni mfassal għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ individwi b’korrimenti newroloġiċi jew limitazzjonijiet fiżiċi.

Sport