Saturday, December 21, 2024

Jinġabru mal-€10,000 waqt ġirja u għawma b’risq it-tewmin Len u Jacob 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-6:30 a.m tal-Ħadd meta grupp ta’ ħbieb inġabru fil-Belt Valletta bex jipparteċipaw f’ġirja u għawma bil-għan li jinġabru flus għat-tewmin Len u Jacob, li jbagħtu minn Infantile Refsume Disease magħrufa bħala ‘Zwellinger’.

Dawk preżenti ġrew mill-Belt Valletta għal Marfa, għumu mill-Marfa għal Ħondoq r-Rummien, fejn imbagħad eventwalment minn hemm irħewla bl-għawm, sabiex jaqdfu u jiġru sal-Knisja ta’ Pinu f’Għawdex.  

F’kumment li ta il-missier Bran Galea, huwa qal li bl-istess donazzjonjet li rċivew,  li jammonta għal xejn inqas minn €10,000, il-ġenituri se jagħmlu investiment fid-dar billi jinstallaw lift fid-dar tagħhom.

Galea qal “Din kienet xi ħaġa qrib ħafna ta’ qalbna. L-għan tagħna għal din is-sena hu li ninstallaw lift f’darna peress li aktar mhu qed jikbru s-subien tagħna, Len u Jacob qed isibuha aktar diffiċli biex jitilgħu t-taraġ ta’ dar”

Din il-kundizzjoni tirrikjedi li jsiru ħafna tipi differenti ta’ terapiji, li l-ispejjeż tagħhom mhumiex ftit. Minħabba din ir-raġuni, Alison u Brian iddeċidew li jniedu l-Len and Jacob Fund, sabiex ikunu jistgħu jiġbru fondi mill-pubbliku. 

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni fuq dawn; IBAN: MT04 VALL 2201 3000 0000 5001 4493 242 , GoFundMe: https://www.gofundme.com/f/len-jacob-wellness-fund u Revolut or BOV mobile: 99875178

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook: Len and Jacob Wellness Fund.

Ekonomija

Sport