Tuesday, December 24, 2024

Jingħalaq l-ajruport ta’ Katanja minħabba li reġa’ żbroffa l-Etna

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat għal darb’oħra reġa’ żbroffa l-vulkan Etna li jinsab fi Sqallija. Konsegwenza ta’ dan kellu mill-ġdid jerġa’ jingħalaq l-ajruport ta’ Katanja.

Kull titjira li kellha titlaq minn dan l-ajruport kellha titħassar u dawk kollha li kienu qegħdin jipprovaw jagħmlu l-inżul tagħhom kellhom jagħmlu dan f’ajruport ieħor qrib Katanja.

Skont rapport fil-midja internazzjonali l-ajruport se jibqa’ magħluq għal ftit sigħat, iżda xorta waħda l-passiġġieri kollha huma avżati biex qabel ma jmorru biex jaqbdu titjira lejn dan l-ajruport għandhom dejjem jitkellmu mal-aġenzija tal-ivvjaġġar jew mal-linja tal-ajru li kienu se jivvjaġġaw magħha.

Ekonomija

Sport