Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Roma jneħħu xi plejers biex iġibu aktar flus

Roma jneħħu xi plejers biex iġibu aktar flus

0
119

AS Roma qed jaħsbu sabiex ineħħu xi plejers li mhux meqjusa bħala parti mill-pjan tal-kowċ Daniele de Rossi. Fil-fatt Eldor Shomurodov mistenni jmur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana filwaqt li Chris Smalling u Leandro Paredes qed ikollhom offerti mill-Arabja Sawdija.

L-għan tat-tim mill-belt kapitali Taljana hu dak li jġibu l-flus neċessarji sabiex jixtru plejers oħra fl-iskwadra.

Roma jibdew l-ewwel logħba tal-kampjonat fi tmiem din il-ġimgħa kontra Cagliari barra minn darhom.