Friday, November 15, 2024

Jingħata bidu għal World Amateur Golf Ranking  

Aqra wkoll

Ilbieraħ ingħata bidu għal World Amateur Golf Ranking li qed isir fir-Royal Malta Golf Club u li bih qed jipparteċipaw madwar 70 żagħżugħ u żagħżugħa.  

Il-pajjiżi li qed jikkompetu huma Malta, il-Ġermanja, l-Iżvezja, il-Polonja, is-Slovakkja, Spanja, l-Italja, il-Bulgarija, il-Belġju, Franza, Ċipru, il-Fillandja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, it-Turkija, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, ir-Repubblika Ċeka u ċ-Ċina.  

Fl-ewwel ġurnata ta’ logħob, iċ-Ċiprijott Fedir Kryshcuk u l-Ġermaniża Josefine Theresia Buhlmeyer li rebħu l-kategorija ta’ taħt it-18-il sena meta kisbu 95 u 98 punt rispettivament.  

Fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena, Tim Hatty mill-Ġermanja kiseb punteġġ finali ta’ 81 filwaqt li l-Ungeriża Zsofia Foldhazi Nagy kellha 79 punt.  

Il-logħob ikompli llum fejn jidħlu fl-azzjoni aktar plejers Maltin u barranin.  

Ekonomija

Sport