Saturday, July 25, 2026
Home Sport Ħamrun 147 D jirbħu l-Community Easter Trophy  

Ħamrun 147 D jirbħu l-Community Easter Trophy  

0
529

mrun 147 D rebħu l-Community Easter Trophy meta f’finali mill-isbaħ milgħuba fil-Fuego Speakeasy Arena għelbu lil Valletta Fossa Boys 13-12.  

Kienet logħba ferm akkanita bejn l-aqwa żewġ timijiet fis-sezzjoni tagħhom. Iż-żewġ naħat baqgħu ras imb’ras sal-aħħar parti tal-logħba u kien biss fl-aħħar frame li l-Ħamruniżi aċċertaw ruħhom mis-suċċess finali meta Carl Grech daħħal il-boċċa s-sewda u rebbaħ it-trofew lit-tim tiegħu.