Sunday, December 29, 2024

Jingħata bidu għal Yachting Malta BSC International Regatta Racing wara jumejn ta’ maltemp

Aqra wkoll

Il-maltemp li ħakem il-ġżejjer Maltin fl-aħħar jiem fisser tibdil fil-pjanijiet tal-Birzebbugia Sailing Club għal-Yachting Malta BSC International Regatta, li laqgħat fosta 120 baħri minn 8 pajjiżi.

Il-bidu tar-regatta, li oriġinarjament kellha ssir il-Ħamis, rat posponiment għas-Sibt filgħodu mill-Kumitat tat-Tellieqa, immexxi minn Miguel Amaral.

Għalkemm ir-riħ kien naqas b’mod konsiderevoli meta mqabbel mal-jumejn ta’ qabel, ir-riħ kien għadu qed jilħaq il-15-il mil nawtiku fis-siegħa b’imbatt qawwi barra l-port. Dan fisser li t-tlielaq kellhom isiru ġewwa l-Port ta’Birzebbugia w b’hekk it-tlielaq tal-Klassijiet Optimist u ILCA kellhom jsiru separatament filgħodu u wara nofsinhar rispettivament.

Sal-1430hrs, il-Klassi Senior tal- Optimist kienet lestiet erba tiġrijiet. Erik Schedit (LTU) bħalissa qed imexxi l-flotta. Hu rebaħ tnejn mill-erba’ tiġrijiet. Tlett punti jifriduħ minn Danyil Mykhailichenko (UKR) li qed jirrapreżenta l-Klabb ospitanti Birzebbugia. It-tielet post tal-ġurnata ttieħed minn Timmy Vassallo (MYSC).

Il-Klassi Kadetti kienet immexxija minn Nathan Montebello (BSC), segwit minn Villiams Osipovs (FVR) u George Villette (RMYC).

Il-Klassi Novice temmet żewġ tiġrijiet bil-baħrin tal-MYSC Michael Galea, Matteo Mamo u Sam Cassar Said imexxu l-flotta għal-ġurnata.

Sa min meta ntbat dan ir-rapport, il-Klassijiet ILCA kienu għadhom ser jibdew jtellqu. Bit-tlielaq li għadhom ippjanati għall-Ħadd, ir-riżultati kollha huma proviżorji.

Yachting Malta BSC International Regatta qedtittella’ taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation u sponsorjata minn Yachting Malta Ltd. L-avveniment huwa appoġġjat minn RLR Yachting, Go&Fun, 3FL Sails u l-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia.

Ekonomija

Sport