Dalgħodu fil-Knisja tal-Karmnu tal-Balluta ngħata l-aħħar tislima l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Alfred Abela.
Abela, kien magħruf bħala “s-Sur Fred”, u miet fl-età ta’ 79 sena nhar l-Erbgħa li għadda.
Hu ta’ servizz twil fil-Korp tal-Pulizija fejn daħal fil-korp fl-1969, filwaqt li rtira fl-2008.

