Aktar kmieni dalgħodu folla kbira ta’ nies inġabret biex tagħti l-aħħar tislima lil Jeanluke Galea Duca.
Il-qraba, ħbieb u persuni oħra nġabru fil-parroċċa ta’ Sant’Anna f’Marsaskala fejn fakkru l-memorja ta’ żagħżugħ mimli enerġija u bi tbissima unika. Huwa kien imfakkar għall-qalb tajba tiegħu u għall-fatt li bit-tbissima tiegħu kien dejjem lest biex jagħmel kuraġġ lil ħaddieħor.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-qraba appellaw lil dawk li kienu se jattendu biex jinkludu lwien fl-ilbies tagħhom. Fost fjuri ppreżentati kien hemm ukoll flok tat-tim li kien jipprattika l-isport magħhom ‘Heartcore+’.