Il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għas-sensiela ta’ kampjonati Sajfin għall-klassijiet kollha. Fil-fatt din it-33 laqgħa tal-istaġun inkludiet għaxar tiġrijiet fuq distanza ta’ mil. Spikkat l-aktar dik tal-klassi Premier li kienet mirbuħa minn Pablo Andover misjuq minn Daniel Ħili.
Disgħa kienu ż-żwiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Kif kien mistenni l-ewwel battuti tat-tiġrija kienu ferm veliċi b’Bara Min (Redent Magro) imur minnufih quddiem u jiftaħ vantaġġ żgħir minn Pablo Andover (Daniel Ħili) u Coeur De Loup (Rodney Gatt). 500 mil-linja finali, Bara Min beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Coeur De Loup u Rally Hans (Marco Refalo).
Ħafna ħasbu li eventwalment it-tiġrija kienet se tispiċċa fi dwell bejn dawn it-tnejn iżda fl-aħħar battuti dawn inħasdu minn Pablo Andover li b’attakk min naħa ta’ ġewwa qabiżhom biex ħa t-tieni rebħa fi xtutna. Baron De Majuag (Alessandro Grech) temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja impressjonanti ta’ 1.13.1” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Haita Du Vieuxcour (C. Camilleri) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 4. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Glory Oaks (Z. Magri) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. Rasputin LG (R. Cassar) 3. Crystal Girl (E. Attard) 4. Desir La Douve (K. Saliba)
III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Sabacan Savage (W. Galea) Ħin – 2.03.6” (1.15.4”) 2. Fidel De Banville (N. Baldacchino) 3. Vasterbo Brazilia (K. Caruana) 4. Ficejulando (C. Magro)
IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.03.8” (1.15.8”) 2. Likearollingstone (R. Gatt) 3. Follow Vet (N. Baldacchino) 4. Lady Red Summer (M. Spiteri)
V Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. After Eight (C. Camilleri) Ħin – 2.01” (1.13.8”) 2. Asko Giant (P. Galea) 3. Edson Boko (J. Gafa’) 4. Gigaro AM (A. Bartolo)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Prinsen One (M. Farrugia) Ħin – 2.00” (1.13.5”) 2. El Gusto (Cherise Farrugia) 3. Esta (C. Vassallo) 4. Capitaine France (R. Gatt)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Deal de Cahot (R. Magro) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. M.R. Hungry Eyes (P. Galea) 3. Lins Tanic (R. Gatt) 4. Bicetre (C. Calleja)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Pablo Andover (D. Ħili) Ħin – 1.59.8” (1.13.1”) 2. Coeur De Loup (R. Gatt) 3. Rally Hans (M. Refalo) 4. Baron De Majuag (A. Grech)
IX Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. Cygnus Du Guelier (P. Galea) Ħin – 2.00.9” (1.13.8”) 2. Bajazet (M. Mizzi) 3. Classic d’Urzy (D. Attard) 4. Best Match (C. Camilleri)
X Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. Cazaubon Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 1.59.8” (1.13.1”) 2. Brancaleon Jet (P. Galea) 3. Cekito De Jupilles (R. Magro) 4. Duraton Du Saptel (D. Baldacchino)