Monday, December 23, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest b’numru ta’ kundizzjonijiet

Aqra wkoll

L-eks Surġent tal-Pulizija Glen Carabott li qed jiġi akkużat bi stupru fuq tfajla, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni kienet spjegat kif fil-lejl bejn is-16 u s-17 ta’ April, tfajla għamlet rapport lill-Pulizija minħabba serqa fid-dar taghha. Intant it-tfajla allegat li dakinhar li Carabott mar biex jinvestiga l-każ kien stupraha.

Fil-Qorti ntqal li Carabott saħansitra ġibed filmat ta’ dan l-allegat stupru u li r-rapport tas-serqa baqa’ ma ġiex reġistrat fl-għassa.

Quddiem il-Qorti Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja, l-Avukat tad-Difiża Ishmael Psaila għamel din it-talba tal-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet milqugħa fuq numru ta’ kundizzjonijiet.

Ekonomija

Sport