Raġel ta’ 28 sena tressaq fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana mixli bl-involviment tiegħu f’serqiet vjolenti li saru f’Marsalforn.
Ir-raġel; Olandiż li jgħix il-Munxar, wieġeb mhux ħati u nħeles mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri.
B’rabta ma’ dan il-każ tressqu diġà Libjan ta’ 42 sena u Malti ta’ 26 sena minn Għajnsielem.
Huma wkoll wieġbu mhux ħatja u ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt numru ta’ kundizzjonijiet.