Tuesday, May 14, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest it-tielet raġel mixli b’serqiet vjolenti f’Marsalforn

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena tressaq fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana mixli bl-involviment tiegħu f’serqiet vjolenti li saru f’Marsalforn.

Ir-raġel; Olandiż li jgħix il-Munxar, wieġeb mhux ħati u nħeles mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri.

B’rabta ma’ dan il-każ tressqu diġà Libjan ta’ 42 sena u Malti ta’ 26 sena minn Għajnsielem.

Huma wkoll wieġbu mhux ħatja u ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt numru ta’ kundizzjonijiet.

Sport