Monday, April 29, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li hedded lill-martu li jekk mhux se ttih l-€40,000 li kellhom fis-safe kien se joqtolha

Aqra wkoll

Raġel ta’ 53 sena minn Naxxar ingħata l-ħelsien mill-arrest, wara li tressaq il-Qorti mixli b’akkużi relatati ma’ vjolenza domestika, u li hedded u kkaġuna biża’ li fil-konfront ta’ martu.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li nhar it-Tlieta, il-Pulizija irċeviet rapport mingħand il-vittma, fejn allegat li żewġha heddida li se joqtolha jekk mhux se tagħtih €40,000 li kellhom fis-safe.

L-Ispettur Sherona Buhagiar qalet ukoll li l-akkużat ċempel lill-missier il-vittma u qallu li jekk bintu mhux se tgħaddilu l-flus, kien se jisma’ bi storja kbira. Qalet ukoll li meta l-Pulizija arrestaw lill-akkużat, elevat numru ta’ armi mir-residenza tiegħu u tal-vittma.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona bil-minħabba li l-koppja tgħix taħt l-istess saqaf u minħabba li l-allegata vittma għad trid tixhed.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-kundizzjoni li l-akkużat jiddepożita €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000, u jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa tal-Mosta.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma, inkluż il-familjari tagħha.

Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono, Francesca Zarb u Adreana Zammit, filwaqt li għall-vittma deher l-avukat Keith Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport