Monday, April 29, 2024

Ħames sewwieqa Maltin fil-Kampjonat ROK Cup Italia f’Jesolo

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

5 sewwieqa Maltin tal-karting ikkompetew fit-tieni Rawnd tal-Kampjonat ROK Cup Italia fil-Pista Azzurra Track f’Jesolo, qrib Venezja fl-Italja nhar is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 ta’ April.

Il-5 Sewwieqa Maltin kienu Morgan Tyler Zammit Azzopardi, Nicky Gauci, Jessica Calleja, Benji Westwood u Benji Borg.

Minkejja bidu ta’ sfida, Westwood 11, li bħalissa qed jikkompeti fil-Kategorija Junior, wera r-reżiljenza tiegħu billi xorta rnexxilu jikkwalifika għall-aħħar tiġrija. B’bidu tajjeb fejn kiseb għaxar pożizzjonijiet, Westwood żamm ritmu kostanti għall-ewwel tmien dawriet minn 19. Madankollu, problem tekniċi wasslu biex spiċċa fil-pożizzjoni 30. Id-determinazzjoni tiegħu hija tassew ta’ ispirazzjoni.

F’korsa eżiġenti u li toffri tensjoni fiżika, Jessica Calleja, li qed tikkompeti fil-Klassi Mini Rok, uriet l-perseveranza tagħha. Minkejja li ltaqgħet ma’ problemi tekniċi f’jum it-tellieqa, id-determinazzjoni tagħha ġegħlitha waslieta biex tispiċċa fil-pożizzjoni 32 minn 41 sewwieq.

Gauci, l-aktar sewwieq tal-karting b’esperjenza fost il-kompetituri Maltin, ikkompeta fil-kategorija Rok Series. Il-prestazzjoni tiegħu kienet soda, u spiċċa fil-pożizzjoni 17 minn 36 sewwieq. L-esperjenza tiegħu kienet fattur kritiku fis-suċċess tiegħu.

Waqt li kien qed jikkompeti fil-klassi Mini Rok, Zammit Azzopardi f’korsa ġdida għalih u teknikament ta’ sfida f’Jesolo, huwa strateġikament beda l-heats f’pożizzjoni 12. Beda l-finali f’pożizzjoni 22, tattikament tela’ għall-pożizzjoni 14. Żball żgħir fl-aħħar kantuniera swielu tliet postijiet, iżda l-ħiliet impressjonanti tiegħu kienu evidenti.

Zammit Azzopardi temm il-ġurnata fis-16-il pożizzjoni globali fil-kategorija Mini Rok u fil-pożizzjoni 3 fil-kategoriji ta’ taħt l-10 snin, xhieda tal-ħila strateġika tiegħu. B’hekk Zammit Azzopardi irnexxielu jitla fuq il-podju wara dan ir-rawnd fi trakka ġdida għaliħ.

It-3 rawnd tal-Kampjonat Rok Cup Italia 2024 huwa skedat għall-11 u t-12 ta’ Mejju. Intant, is-sewwieqa jinsabu lesti għat-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting Malti li ser isir fil-korsa ta’ La Reve f’Ħal Far fi tmiem il-ġimgħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport