Monday, April 29, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li spara lejn tajra li hi protetta

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn ingħata l-ħelsien mill-arrest, wara li tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Anne Marie Thake, mixli li spara lejn tajra protetta fi żmien meta l-istaġun tal-kaċċa kien magħluq.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elliot Magro, qalet l-Pulizija waslet għall-arrest tal-akkużat Kinsley Ellul, hekk kif irrċivew telefonata mingħand xi ħadd li kien hemm raġel qed jispara fuq tjur protett b’senter f’Tas Silġ, limiti ta’ Marsaxlokk. Meta marru fuq il-post, l-Pulizija sabu tajra midruba u s-senter tal-akkużat fi-residenza tiegħu.

L-akkużat weġeb li. mhuwiiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest, bir-raġuni li l-akkużat għamel li għamel mhux għax għandu vizzju imma għax għandu passjoni lejn il-kaċċa.

It-talba tad-Difiża ġiet oġġezzjonata mill-Posekuzzjoni, minħabba li skonthom l-akkużat għandu l-vizzju. tal-kaċċa u li hemm biża’ li dan jeġa’ jikkommetti reat ieħor.

Il-Maġistrat Anne Marie Thake laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma 3 darbiet fil-ġimgħa l-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, li jiddepożita €500 u garanzija personali ta’xejn inqas minn €4,000.

L-akkużat kien assistit mill-Avukat Alessandro Lia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport