Monday, April 29, 2024

Plejer Alġerin jaggredixxi r-referee

Aqra wkoll

Il-winger Alġerin Youcef Belaili mistenni jeħel sospensjoni twila hekk kif aggredixxa u xxuttja ballun fid-direzzjoni tar-referee femminili Ghada Mehat. Kollox ġara jumejn ilu hekk kif it-tim tiegħu Mouloudia Club of Algeri lagħab kontra Widad Athletic Tlemcen mill-kwarti tal-finali tat-tazza Alġerina.

Belaili ġie ammonit wara foul li għamel fuq l-avversarju u wara l-karta s-safra li qala’ hu ma ħadha xejn tajjeb.

Il-federazzjoni tal-futbol Alġerina se tkun qed tistudja l-każ biex tara s-severita’ tal-azzjoni li għamel Belaili.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport