Dan hu Mustafa ta’ 15-il sena li tilef iż-żewġ saqajn waqt attakk minn Iżrael fuq Gaża. Missieru li kien miegħu tilef ħajtu.
Illum Mustafa jinsab l-Eġittu fejn qiegħed jingħata l-kura għal ġrieħi li kien sofra bit-tama wkoll li jibda jgħix ħajja normali.
Dan kollu sar bl-għajnuna tal-HEAL Palestine’s Global HEALing Program.

