Tuesday, April 30, 2024

Jingħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli li ta n-nar lil vettura u għamel ħsara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat, Għawdex, ġie mixli li volontarjament ta nar lil vettura, għamel ħsara volontarja u li kien riċediv.

Il-każ seħħ fl-1 ta’ Settembru ta’ din is-sena, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Illum ir-raġel tressaq fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

Huwa ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Sport