Sunday, November 24, 2024

Jingħataw sentenza sospiża u multa €30,000 wara li ħarqu 2 karozzi

Aqra wkoll

Mahmood Abd Algani ta’ 29 sena resident Birkirkara u Mohammad Al Mahmoud ta’ 37 sena residenti Tal-Pietà ingħataw sentenza sospiża u multa ta’ €30,000 wara li fil-Qorti t’Għawdex ammettew li ħarqu żewġ karozzi u konsegwenza ta’ dan għamlu ħsara f’karozza oħra.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-13 ta’ Ġunju, fi Triq il-Latini, Għajnsielem Għawdex.

Is-Sirjani ġew akkużati li ħarqu Isuzu Elf u Hino Dutro kif ukoll kienu akkużati li għamlu ħsara fuq karozza oħra Mitsubishi L200, li kienet ipparkjata viċin.

Huma ammettew l-akkużi kontrihom quddiem il-Maġistrat Simone Grech. Fis-sentenza tagħha hija qieset il-edina penali tagħhom li hija nadifa u l-ammissjoni bikrija tagħhom.

Il-Qorti qalet li tqis li piena ta’ ħabs mhux waħda idonea. Għalhekk ikkundannathom sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin kif ukoll iħallsu lill-parti ċivili €28,000 u €1,515 lill-vittma li kellha ħsarat fil-karozza.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trażżin favur il-vittma.

Sport