Thursday, December 26, 2024

Jinħeles mill-arrest l-anzjan mixli bil-qtil involontarju ta’ Marie Claire

Aqra wkoll

Joseph Cortis ta’ 79 sena residenti Ħad-Dingli tressaq il-Qorti mixli bil-qtil involontarju ta’ Marie Claire Lombardi. 

Cortis wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest. 

Il-Prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx minħabba li ħafna mix-xhieda pajżana xehdu fl-inkjesta, ilu bil-police bail minn Diċembru li għadda u dejjem ottempra ruħu mal-kundizzjonijiet, huwa pensjonant u minħabba r-rabtiet b’saħħithom mal-gżejjer Maltin. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia laqgħet it-talba ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-għassa tar-Rabat tliet darbiet fil-Ġimgħa u garanzija personali ta’ 50,000 ewro. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard. L-imputat kien assistit mill-avukat Patrick Valentino.

Ekonomija

Sport