Tuesday, May 14, 2024

Joħroġ mill-isptar iż-żagħżugħ li qala’ żewġ tiri f’Kansas

Aqra wkoll

Ralph Yarl, iż-żagħżugħ li fl-aħħar jiem qala’ żewġ tiri wara li daqq qanpiena ta’ dar b’oħra f’Kansas, jinsab id-dar biex jirkurpa bil-mod.

Ħabbar dan l-avukat taż-żagħżugħ stess, Lee Merritt, permezz ta’ ritratt li qasam fuq Twitter ilbieraħ, fejn Ralph u Lee dehru bilqiegħda maġenb xulxin fuq bank ġo ġnien ta’ dar.

Il-każ sfortunat ta’ Ralph ġibed l-attenzjoni ta’ bosta, tant li ġiet imnedija kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għaż-żagħżugħ sabiex ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tat-trattament mediku. S’issa nġabru ‘l fuq minn $3 miljun.

“Jista’ jitħarrek u jikkomunika … Tassew miraklu meta wieħed iqis minn xiex għadda,” qalet iz-zija tiegħu Faith Spoonmore, f’aġġornament li tat għall-GoFundMe campaign.

Sport