Thursday, December 26, 2024

Jinħeles mill-arrest wara li kien mixli li weġġa’ ħafif lil ibnu

Aqra wkoll

Missier ta’ 43 sena residenti Wied il-Għajn ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li ħebb u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq ibnu.

Il-Prosekuzzjoni quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea qalet li l-missier kkawża ġrieħi f’wiċċ ibnu wara li nqala’ argument jaħraq bejniethom. Dawn il-ġrieħi kienu kkonfermati wkoll mit-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa li eżamina lit-tifel.

Il-missier wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih filwaqt li l-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża fejn fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €1,000, ingħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur ibnu.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Antonello Magri waqt li l-akkużat kien assistit mill-Avukat Alessandro Lia.

Ekonomija

Sport