Il-Litwan, Mykolas Alekna, ipproduċa tefgħa ta’ 74.35m fid-discus biex kiser l-itwal rekord dinji tal-irġiel.
F’laqgħa fil-belt ta’ Ramona, f’Oklahoma, il-ħames tefgħa tiegħu kienet dik ta’ 74.41 metri, li iżda, aktar tard tnaqqas b’sitt ċentimetri.
Dan ir-rekord li kiser kien stabbilit mill-Ġermaniż Jurgen Schult, b’tefgħa ta’ 74.08 metri, fl-1986.
World Athletics qalet, minbarra l-marka l-ġdida minn Alekna, 21, kienet suġġett għall-proċess ta‘ ratifika tas-soltu.
Alekna rebaħ il-fidda u l-bronż fil-kampjonati tad-dinja tal-2022 u tal-2023 rispettivament.
Huwa mexa fuq il-pass ta’ missieru, Virgilijus, li kien champion Olimpiku kemm fl-2000 kif ukoll fl-2004, jinsab it-tielet fil-lista ta’ kull żmien b’73.88 metru, fl-2000.