Monday, April 29, 2024

UCL: Man City v Real Madrid tisraq l-attenzjoni

Aqra wkoll

Wara li t-Tlieta ntlagħab l-ewwel programm tat-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League fejn Paris St-Germain u Borussia Dortmund ikkwalifikaw għas-semi-finali meta għelbu b’aggregate lil Barcelona (6-4) u lil Atletico Madrid (5-4), illum jintlagħbu ż-żewġ kwarti-finali l-oħra – Bayern Munich v Arsenal u Manchester City v Real Madrid

BAYERN MUNICH v ARSENAL (2-2)

Arsenal imorru fl-Allianz Arena biex jaffrontaw lil Bayern Munich f’konfront li jista jitqies bħala wieħed delikat.

Immexxija mill-coach Mikel Arteta, il-Gunners ġew miżmuma f’darhom bl-iskor ta’ 2-2 u huma se jiffaċċjaw team li huwa mifni minn għadd ta’ injuries li jinkludu lil Alphonso Davies, Kingsley Coman, Leroy Sane, Serge Gnabry, Sacha Boey, Bouma Sarr, Tarek Buchmann u Gabriel Marusic.

Fl-ewwel leg kienu Arsenal li fetħu l-iskor minn Bukayo Saka (12) iżda Serge Gnabry (18) u Harry Kane (32 pen) dawru l-iskor favur il-Bavarjani sakemm Leandro Trossard (78) salva r-riżultat għalihom.

Filwaqt li Bayern tilfu l-kampjonat wara domi­nanza ta’ 11-il sena konsekuttiva hekk kif nhar il-Ħadd li għadda Bayer Leverkusen ġew dikjarati champions tal-Bundesliga, wieħed irid jara kif Arsenal se jirreaġġixxu wara t-telfa f’darhom ta’ 2-0 kontra Aston Villa biex ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-Premier League Ingliż bil-konsegwenza li ċedew l-ewwel post lil Manchester City.

L-uniku player imweġġa’ huwa Jurrien Timber li mistenni jirritorna l-ġimgħa d-dieħla wara injury fit-tul.

MANCHESTER CITY v REAL MADRID (3-3)

Din tibqa’ l-aqwa partita mill-programm kollu fejn bosta huma dawk l-opinjonisti li qisuha bħala l-finali.

Dan il-konfront se jlaqqa’ lill-holders Manchester City kontra t-team li l-aktar rebaħ din il-kompetizzjoni, Real Madrid.

Barra minn hekk, se tkun logħba bejn il-leaders tal-kampjonati rispettivi u għaldaqstant misteni spettaklu kbir sakemm ikun magħruf is-semi-finalista.

Fl-ewwel leg, li ntlagħab f’Estadio Santiago Bernabeu, iż-żewġ timijiet temmew fi draw drammatiku ta’ 3-3 liema skor seta’ kien akbar minħabba li ż-żewġ settijiet ta’ players ippreżentaw prestazzjoni brillanti.

L-iskorers għas-Citizens kienu Bernardo Silva (2), Phil Foden (66) u Josko Gvardiol (71) filwaqt li auto-goal ta’ Ruben Dias (12), Rodrygo (14) u Federico Valverde (79) żammew il-pass għall-Madrileni.

Iż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa fil-kampjonat domestiku. Real Madrid għelbu lil Mallorca bl-iskor ta’ 1-0 filwaqt li Manchester City kel­lhom passiġġata ta’ 5-1 fuq Luton Town.

It-team ospitu m’għandux problemi ta’ players neqsin. Peró, mhux l-istess jista’ jingħad għall-viżitaturi hekk kif il-coach, Carlo Ancelotti, se jkollu jgħaddi mingħajr l-imweġġa’ l-goalkeeper Thibaut Courtois u s-sospiż  Aurelien Tchouameni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport