Sunday, December 22, 2024

Jinqabad jarmi 30 borża bl-eroina waqt ġirja bil-karozzi f’Birkirkara

Aqra wkoll

Patrick Borg ta’ 49 sena wieġeb mhux ħati hekk kif tressaq il-Qorti fejn ġie akkużai bi traffikat ta’ droga kif ukoll li kellu l-eroina f’distanza ta’ madwar 100 metru minn fejn fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Hu ġie akkużat ukoll li sar riċediv.

Il-Prosekuzzjoni li kienet immexxija mill-Ispettur Clayton Camilleri qalet quddiem il-Maġistrat Victor Axiak li l-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda. L-Ispettur xehed li daħal rapport fl-Għassa ta’ Birkirkara li kien hemm tliet persuni suspettiżi fosthom kien hemm l-akkużat u li dawn allegatament kienu qegħdin jitraffikaw id-droga bejn Triq it-Torri u Triq Swatar.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u lemħu l-karozza indikata b’żewġt irġiel fiha u raġel ieħor li kien ħdejn l-istess karozza. Hekk kif il-Pulizija bdew jersqu lejhom, tnejn tnejn mit-tliet irġiel tferrxu, filwaqt li l-akkużat tħalla waħdu fil-karozza.

Borg ġie arrestat wara ġirja bil-karozzi li matulha hu nqabad jarmi tliet basktijiet mit-tirqa tal-karozza li wara li saru testijiet fuqhom irriżulta li kien fihom 30 borża b’dożi żgħar t’eroina. Intqal, li ż-żewġt irġiel l-oħra wkoll ġew arrestati.

L-akkużat wieħed mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukati difensuri Franco Debono u Adreana Zammit qalu li l-akkużi fil-konfront tal-klijent tagħhom inħarġu minkejja li l-ammont ta’ eroina li nstabet kien għadu ma ġiex stabbilit. Il-Prosekuzzjoni qalet li dan kien xogħol l-espert tal-Qorti u dan se jiġi stabbilit matul il-proċess tal-kawża.

Id-difiża wkoll għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest fejn il-Qorti laqgħet it-talba b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa u ma jagħmilx kuntatt max-xhieda. Hu ħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000.

Ekonomija

Sport