Tuesday, September 24, 2024

Jinqabdu fir-Resort ta’ Disney ġewwa Shanghai wara li ngħalaq ħesrem minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Ir-Resort ta’ Disney ġewwa Shanghai fiċ-Ċina kien ordnat jissospendi l-operazzjoni tiegħu ħesrem biex ikun konformi mar-regoli ta’ prevenzjoni dwar il-Covid-19. Din kienet deċiżjoni li saret f’daqqa tant li l-viżitaturi li dak il-ħin kienu ġewwa r-resort spiċċaw ordnati biex jibqgħu fil-park sakemm jaslulhom ir-riżultati tal-iswab test. 

Apparti hekk, dawk il-persuni kollha li żaru dan il-park mis-27 ta’ Ottubru ’l hawn issa se jkunu ordanti biex jagħmlu tliet testijiet kuljum għal tlett ijiem. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-park baqa’ jopera normali għal dawk il-persuni li nqabdu ġewwa. 

Minkejja li n-numri ta’ infezzjonijiet ġewwa ċ-Ċina huma baxxi meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn, dan il-pajjiż xorta qiegħed ikompli jieħu miżuri stretti riġward il-Covid-19 u dan hekk kif qiegħed ikompli jsegwi politika riġida ta’ Zero-Covid.

Sport