Sunday, November 24, 2024

Jinqatel is-suspettat li qatel lil żewġ partitarji Żvediżi fi Brussell

Aqra wkoll

Rapporti qed isostnu li l-Pulizija fi Brussell sparaw fuq is-suspettat li nhar it-Tnejn filgħaxija qatel żewġ Żvediżi waqt attakk x’aktarx terroristiku, ftit qabel ma bdiet il-logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 bejn il-Belġju u l-Iżvezja. 

L-uffiċjali tal-Pulizija, li immedjatament bdew tfittxijiet intensivi għall-persuna armata li qatlet lil dawn iż-żewġ ċittadini u darbet persuna oħra fl-istess attakk, irnexxielhom isibu lill-aggressur f’kafetterija fl-inħawi ta’ Schaerbeek fi Brussell. Skont rapporti li ċċirkolaw fil-midja interazzjonali qed jingħad li huwa nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar fil-post indikat.

Il-prosekuturi Belġjani rrappurtaw l-inċident iżda qalu li għadhom ma jistgħux jikkonfermaw jekk ir-raġel kienx il-qattiel. Xi ħin wara, is-Sindku ta’ Brussell qal mal-midja Belġjana BFMTW li ssuspettat ġie identifikat. L-istess ġurnal qal li l-awtoritajiet imbagħad kienu f’pożizzjoni li jikkonfermaw iktar dettalji dwar ir-raġel, fejn saħansitra identifikawh bħala Abdesalem L., Tuneżin ta’ 45 sena u qalu li huwa l-aggressur li wettaq l-attakk it-Tnejn filgħaxija.

Il-Ministru tal-Intern Belġjan Annelies Verlinden ikkonfermat li l-persuna li ntlaqtet mill-Pulizija hija l-istess persuna li kienet suspettata. Dan għaliex l-arma awtomatika li nstabet qrib il-katavru tiegħu kienet l-istess waħda li ntużat fl-attakk tat-Tnejn, fissret Verlinden max-xandar pubbliku fuq VRT TV.

Sport