Thursday, March 20, 2025

Jinqatlu minn tal-inqas mal-58 Palestinjan f’Gaża 

Aqra wkoll

L-attakki Iżraeljani qatlu mill-inqas 58 Palestinjan madwar l-Istrixxa ta’ Gaża matul il-lejl. Dan ġie kkonfermat minn tliet sptarijiet f’Gaża stess. 

Midja internazzjonali rrapurtat li l-attakki seħħew f’diversi djarijiet u li fihom inqatlu diversi irġiel, nisa u tfal waqt li dawn kienu reqdin matul il-lejl. 

Nhar it-Tlieta, l-Iżrael reġa’ beda l-attakki qawwija madwar Gaża. L-Iżrael tefgħet il-ġlied fuq il-Ħamas minħabba li l-grupp militanti ċaħad proposta ġdida li tbiegħdet mill-ftehim iffirmat tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport