Friday, October 18, 2024

Jinstab fil-pussess ta’ droga waqt spezzjonijiet tat-traffiku f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena minn Ħal Għaxaq kien arrestat waqt spezzjonijiet tat-traffiku li twettqu matul il-lejl li għadda fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45 p.m meta l-Pulizija nnutaw vettura tal-għamla Toyota IQ tieqaf ftit ’il bogħod u jaġixxi b’mod suspettuż. Kif raw dan il-Pulizija avviċinaw lis-sewwieq u minn tfittxija li saret irriżulta li huwa kellu fil-pussess tiegħu diversi pakketti suspettati kokaina, flus kontanti u oġġetti oħra relatati mad-droga.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il-Qorti dagħlodu stess quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia mill-Pulizija tad-Distrett, flimkien mal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Sport