Sunday, December 22, 2024

Jinstab il-katavru ta’ raġel li għeb 10 snin ilu f’Londra

Aqra wkoll

Bħalissa l-membri tal-pulizija Ingliża qed jappellaw lill-pubbliku sabiex jekk hemm xi individwi li kienu jafu lil Roy Bigg u għandhom xi informazzjoni li biha jistgħu jsolvu l-misteru tal-għajbien tiegħu qabel ma ġie ddikjarat mejjet, jgħadduhielhom. Barra minn hekk, id-Ditektiv Kelly Allen issostni li t-tagħrif minn persuni li kienu jafu lill-vittma jista’ jgħinhom jistabbilixxu meta deher l-aħħar.

Roy, raġel li għeb 10 snin ilu f’Londra, kien ġie rrappurtat nieqes fi Frar tal-2012, fl-età ta’ 67 sena. Fil-15 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra, il-fdalijiet tal-katavru tiegħu nstabu ġol-friża ta’ Simpson’s Wine Bar f’Londra minn xi bennejja li kienu qed jaħdmu fil-lokal.

Allen sostniet li “Aħna nemmnu li l-probabbiltà hija li l-ġisem ta’ Roy ilu fil-friża għal numru ta’ snin” u li bħala l-uffiċjali jemmnu li r-raġel miet meta kellu madwar 70 sena. 

Ekonomija

Sport