Żewġ persuni nstabu mejtin u tmienja oħra għadhom irrappurtati nieqsa, wara valanga li għamlet ħerba f’villaġġ fin-nofsinhar tan-Norveġja fl-aħħar jiem.
Għall-ewwel dan is-salvataġġ kien ikkunsidrat wieħed riskjuż, iżda wara evalwazzjoni mill-ajru, ilbieraħ membri tas-salvataġġ bdew jidħlu fl-ewwel djar li ntlaqtu u nġarru mill-valanga.
Il-Ħamis ġie salvat kelb, waqt li lbieraħ waranofsinhar instab katavru ta’ persuna.
L-uffiċjal Melbo Øystese f’kummenti li ta waqt konferenza tal-aħbarijiet qal li minkejja li la l-ħin u lanqas l-effetti tan-natura mhuma favurihom, għad hemm iċ-ċans li jinstabu iktar persuni ħajjin.