Thursday, December 26, 2024

Jinstab kadavru ta’ mara fil-baħar qrib il-Bajja ta’ San Blas

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9.00 a.m., il-Pulizija ġiet informata li x’aktarx intlemaħ kadavru fil-baħar, viċin il-Bajja ta’ San Blas, f’Għawdex.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk sabu żewġ persuni li indikaw fejn huma kienu lemħu l-kadavru ta’ mara.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll tal-Protezzjoni Ċivili li min-naħa tagħhom daħħlu l-kadavru fil-Port tal-Imġarr. Tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex marru fuq il-post fejn iċċertifikaw lill-mara mejta.

Minn iżjed investigazzjonijiet, il-kadavru ġie identifikat li hu ta’ mara ta’ 43 sena mill-Awstrja.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Monica Vella li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Ekonomija

Sport