Tuesday, May 14, 2024

Moody’s ifaħħru r-riformi kostituzzjonali tal-Gvern

Aqra wkoll

F’rapport li għamlu fuq l-andament ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna, analisti tal-aġenzija tal-kreditu Moody’s faħħru r-riformi kostituzzjonali li introduċa l-Gvern. 

Fil-fatt huma jsostnu li, “we view the adoption of laws based on the Venice Commission recommendations as a sign of the determination of Prime Minister Robert Abela… in tackling Malta’s institutional challenges”. Minbarra li jikkonfermaw li dawn ir-riformi huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, din l-aġenzija qiegħda tikkonferma kemm l-amministrazzjoni mmexxija minn Dr Abela qed taħdem biex ittejjeb il-governanza ta’ pajjiżna. Fir-rapport tagħhom l-esperti ta’ Moody’s jagħtu rating ta’ A2 lill-istituzzjonijiet Maltin u lil-livell ta’ governanza tajba li skont huma “is in line with peers”.

Fuq l-aspett ekonomiku r-rapport jgħid li filwaqt li l-coronavirus se jħalli impatt ekonomiku, “we currently expect that the impact of the shock will be largely transient, with the Maltese economy returning to growth in 2021”. Dan jirrefletti t-track record qawwi ta’ pajjiżna fejn jidħol it-tkabbir ekonomiku, filwaqt li l-programm qawwi ta’ appoġġ fiskali li qed jagħti l-Gvern ukoll mistenni jgħin.

L-esperti ta’ Moody’s ikkonfermaw li r-rating ta’ pajjizna għandu prospetti stabbli minħabba dan, kif ukoll għax qed jistennew li t-titjib istituzzjonali ser ikompli.

Il-Gvern jilqa’ dan l-vot ta’ fiduċja fil-ħidma ekonomika u istituzzjonali li saret fl-aħħar xhur, u jibqa’  kommess li jkompli jwettaq aktar riformi u riformi li jwasslu għal għada aħjar.

Sport