Sunday, February 22, 2026

Jinstab mejjet fuq il-muntanja ta’ St Moritz

Aqra wkoll

Luciano Capasso, ġuvni ta’ 25 sena minn Napli kien ilu rraportat nieqes għal dawn l-aħħar ħamest ijiem. Ommu kient taf li kellu jmur fuq il-muntajna ta’ St Moritz fl-Iżvizzera, iżda qatt ma basret li qatt mhu se jirritorna lura

Hekk kif l-omm daħlet rapport li binha ma kienx għamel kuntatt magħha kif jagħmel is-soltu, mill-ewwel bdiet tfittxija għalih.

Hu kien jaħdem bħala xufier f’lukanda fi Żvizzera, u l-aħħar darba li kellem lil ommu kien qallha li kien sejjer jimxi fuq il-muntanji.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li Capasso kien qiegħed miexi f’għoli ta’ 2,700 metru meta inqabad f’maltempata tas-silġ.

Hu nstab mejjet fis-silġ mill-pulizija Żvizzera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport