Ir-raġel suspettat li qatel 18-il persuna fi sparatura f’Maine nstab mejjet wara tfittxija għalih li kienet ilha għaddejja tlitt ijiem.
Il-Kummissarju tas-Saħħa Pubblika ta’ Maine Michael Sauschuck qal li Robert Card ta’ 40 sena nstab mejjet b’ferita ta’ arma ta’ nar li jidher li kienet ikkaġunata minnu stess.
Fost il-vittmi maqtula kien hemm persuna anzjana, żagħżugħ li għandu talent fil-bowling u erba’ persuni neqsin mis-smigħ, li l-età tagħhom tvarja bejn l-14 u s-76 sena.
F’konferenza tal-aħbarijiet li indirizzat f’Lewiston City Hall, il-Gvernatur ta’ Maine Janet Mills qalet li l-katavru tas-suspettat instab viċin ta’ fejn seħħet l-isparatura. “Illejla nistgħu nieħdu ftit tan-nifs billi nafu li Robert Card mhu se jkun ta’ theddida għal ħadd,” qalet Mills.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Pulizija ta’ Lewiston David St Pierre qal li kien qed jilqa’ din l-aħbar iżda fi kliemu stess “ix-xogħol tagħna mhux se jieqaf hawn.”