Wednesday, April 24, 2024

Baqa’ jattendi l-lezzjonijiet online sal-aħħar ftit sigħat ta’ ħajtu

Tingħata l-aħħar tislima lil Pierre Formosa

Aqra wkoll

Dalgħodu fil-Knisja ta’ Fatima fi Gwardamangia ngħata l-aħħar tislima t-tfajjel Pierre Formosa. Hu kien jattendu fid-9 sena fl-iskola ta’ Se Michael.

Fost id-diversi messaġġi li nkitbu fuq il-midja soċjali biex isellmu lil dan it-tfajjel, Yana Marie Muscat talbet lil Alla biex jilqa’ miegħu lil Pierre li ġabru miegħu f’qasir iż-żmien. Hi qalet li l-pjanijiet ta’ Alla ħadd ma jista’ jifimhom u ħadd ma jista’ jifhem kif tfajjel ta’ eta daqshekk żgħira kellu jsofru daqshekk f’dan il-ftit żmien fid-dinja.

Intant, għal funeral ta’ Pierre nġabru diversi studenti ta’ St Michael li kienu jattendu l-istess skola miegħu. Huma kienu lebsin kollha t-t-shirt abjad tal-uniformi.

Pierre miet ġimgħatejn ilu waqt li kien qiegħed jingħata l-kura barra minn Malta. Sa ġurnata qabel ma miet kien għadu jidħol għal lezzjonijiet online u kien juri nteress kbir fit-tagħlim.

Sport