Thursday, December 26, 2024

Jinstab qawwi u sħiħ il-ġuvni li tmien snin ilu kien irrapurtat nieqes f’Texas

Aqra wkoll

Żagħżugħ li ilu imfittex għal madwar tmin snin wara li għeb waqt li kien qed jimxi mal-klieb tiegħu fit-Tramuntana ta’ Houston instab ħaj. Dan qaluh uffiċjali ta’ Texas aktar kmieni din il-ġimgħa. Rudy Farias kellu 17-il sena meta għeb f’Marzu tal- 2015, u għalkemm iż-żewġ iklieb tiegħu fl-aħħar mill-aħħar kienu instabu, Farias kien sparixxa.

Iċ-Ċentru ta’ Texas għall-Persuni Neqsin, organizzazzjoni ibbażata fi Houston li taħdem fuq każijiet ta’ persuni neqsin, fuq il-pjattaforma ta’ Twitter, ikkonfermat li Farias kien instab qawwi u sħiħ. L-organizzazzjoni qalet ukoll li Farias kien iddaħħal fi sptar u li qed jieħu l-kura, għalkemm ma taw l-ebda dettaljidwar il-kundizzjoni tiegħu.

L-istess organizzazzjoni fuq Twitter wasslet messaġġ lil dawk kollha li jsegwuhom sabiex iżommu lil Rudy u lil familtu fit-talb tagħhom, hekk kif bħalissa huwa jinsab ġewwa l-isptar f’Texas sabiex jieħu l-kura meħtieġa.

F’kumment li ta lil midja internazzjonali, Tim Miller, uffiċjal mad-diviżjoni tal-persuni neqsin fid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Houston ikkonferma li Farias instab ħaj.

Min-naħa tagħha z-zija ta’ Farias qalet omm iż-żagħżugħ tinsab maħsuda wara r-ritorn ta’ binha. Hija żiedet tgħid li l-omm mistennija toħroġ stqarrija pubblika daqt. Waqt li tkellmet ma’ stazzjon Amerikan, hija qalet li l-familja ta’ Farias kienet imħassba li Rudy seta’ ġie maħtuf jew inkella traffikat.

Ekonomija

Sport