Sunday, May 19, 2024

Tork jiddaħħal l-Isptar wara li waqa’ scaffolding fl-Iskola tan-Nadur

Aqra wkoll

Sorsi qrib il-Pulizija t’Għawdex qalu lil talk.mt li l-persuna li weġġgħet hu ta’ Nazzjonalità Torka li kien jgħix in-Nadur Għawdex u għandu 52 sena. Qalulna wkoll li t-tieni raġel li huwa Tork ta’ 39 sena u li kien hemm fuq l-scaffolding baqa’ fuq il-post u ma sofra l-ebda ġrieħi tant li rrifjuta li jmur l-Isptar b’ambulanza.

Iż-żewġ irġiel kienu ilhom jgħixu għal xi żmien in-Nadur Għawdex. Sorsi qrib il-Pulizija qalu lil dan is-sit li aktar tard it-Tork ta’ 39 sena beda jħoss xi uġiegħ u għalhekk ingħata parir li jittieħed lejn l-Isptar ukoll.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jidher li l-irġiel kienu qed jagħmlu xi xogħol fl-iskola meta għal xi raġuni l-scaffolding ċeda u waqgħu madwar sular ‘l isfel.

Il-kundizzjoni tat-Torok li ddaħħalu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar kmieni: Raġel jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqa’ scaffolding fl-Iskola tan-Nadur

Ftit tal-ħin ilu waqa’ scaffolding fl-Iskola Primarja tan-Nadur fejn jidher li kien hemm żewġ persuni fuqu.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-ħaddiema minn taħt l-iscaffolding.

Sorsi qrib il-Pulizija t’Għawdex qalu lil talk.mt li wieħed mill-irġiel jidher li ma sofra l-ebda ġrieħi, filwaqt li l-ieħor kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Sport