Monday, May 13, 2024

Laboratorju jittestja regolarment iż-żebgħa tat-toroq … il-ħlas isir biss jekk jintlaħaq il-livell

Aqra wkoll

Laboratorju akkreditat mill-MCCAA tittestja regolarment iż-żebgħa u l-viżibbiltà tagħha bil-lejl u l-ħlas isir biss jekk it-testijiet jirriżultaw konformi mal-ispeċifikazzjonijiet. Ikkonferma dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said rigward il-policy ta’ Infrustructure Malta biex tassigura li s-sinjali tat-traffiku fit-toroq kollha jiġu mogħtija żebgħa u meterjal ieħor li jibqgħu viżibbli.

Il-Ministru Farrugia żied jgħid li Infrastructure Malta kontinwament tagħmel spezzjonijiet tat-toroq arterjali u distributorji biex fost l-oħrajn tara li fejn ikun hemm bżonn, isiru t-tiswijiet neċessarji tal-linji tat-triq inkwistjoni.

Huwa qal ukoll li l-policy ta’ Infrastructure Malta f’dan ir-rigward hija li f’toroq arterjali u distributorji jintuża materjal “thermoplastic” bi ħxuna ta’ madwar 2.3mm u li jservi sa żewġ miljun passaġġ ta’ vetturi, f’toroq mhux arterjali u distributorji (il-maġġor parti residenzjali) tintuża żebgħa tat-toroq normali “acrylic / alkyd” li tiflaħ sa miljun passaġġ u li fuq kollox fiż-żewġ każijiet il-materjal ikun skont l-istandard Ewropew EN 1436.

Sport