Jinstab qawwi u sħiħ Franco Riccardo Schembri, ir-raġel imfittex mill-Pulizija.
It-tfittxija għalih bdiet nhar is-Sibt li għadda. Dan qalitu il-Pulizija ta’ Malta fi stqarrija, fejn spjegat li r-raġel kien qiegħed jiġi imftittex fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li kein hemm għaddej fil-Qorti.
Is-Sibt li għadda: Raġel imfittex fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ fil-Qorti
Franco Riccardo Schembri qed jiġi mfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 24/2024