Kien għall-ħabta tas-12.45pm meta l-pulizija ġew informati li kien hemm raġel mitluf minn sensih fil-Gżira. L-għalqa tinsab fi Triq Luqa Briffa.
Fuq il-post b’mod immedjat mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li ċċertfikaw lir-raġel mejjet fuq il-post.
S’issa mhux magħruf x’wassal biex ir-raġel miet fl-għalqa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.
Aktar dettalji kif jaslulna.