Raġel mill-Pakistan ta’ 25 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu waqt rondi li saru għall-ħabta tas-6:00 a.m mill-uffiċjali korrettivi fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.
Fiċ-ċella ma nstab xejn suspettuż u għalhekk l-ewwel indikazzjonijiet juru li miet waqt l-irqad.
B’mod immedjat ġew infurmati l-pulizija tad-distrett b’dan il-każ filwaqt li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.