L-NGO Żibel ippubblikat xi ritratti wara li fi tmiem il-ġimgħa rċeviet rapport mingħand wieħed mis-segwaċi tagħha dwar boroż mimlijin swab tests tal-COVID li nstabu fil-wied ta’ Ħal Lija.
L-NGO qalet li kemm il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u l-Ministeru tas-Saħħa ġew ikkuntattjati u qed jieħdu ħsieb il-każ.
Huma fakkru lil kulħadd li skart perikoluż ta’ kwalunkwe natura m’għandux jintrema mal-iskart regolari u wisq inqas fin-natura. Dan it-tip ta’ skart jiġi inċinerat fil-Faċilità tal-WasteServ.
L-NGO qalet li jekk wieħed isib skart perikoluż ta’ kwalunkwe natura fil-kampanja jew fil-baħar, m’għandux imissu, iżomm id-distanza bħala sigurtà, jieħu nota tal-post u jirrapporta.