Sunday, December 22, 2024

Jinstabu fdalijiet umani waqt it-tfittxijiet għal koppja rrapportata nieqsa f’Sydney

Aqra wkoll

Il-pulizija Awstraljana qalet li nstabu żewġ katavri waqt li kienu għaddejjin it-tfittxijiet għal koppja li kienu rrapportati nieqsa f’Sydney, li huma Jesse Baird u Luke Davies.

“Ninsabu kunfideti li sibna lil Luke u Jesse,” qalet il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ New South Wales Karen Webb.

Beaumont Lamarre-Condon, eks uffiċjal tal-pulizija li għamel xi żmien joħroġ ma’ Baird, qed ikun akkużat bi qtil. 

Iż-żewġ katavri nstabu fi proprjetà rurali fil-belt ta’ Bungonia. Il-Pulizija qalet li wara għall-ewwel irrifjuta li jikkopera magħhom, Lamarre-Condon żvela fejn kienu jinsabu ż-żewġ katavri t-Tlieta filgħodu.

Is-Supretendent Daniel Doherty qal li l-fdalijiet instabu “ħdejn id-daħla tal-proprjetà” u li saru tentattivi “biex il-katavri jiġu mgħottija bil-blat u tifrik ieħor”. 

Żied jingħad li l-pulizija temmen li żewġ “basktijiet tas-surf” intużaw biex jittrasportaw il-koppja mejta f’vann abjad mid-dar ta’ Paddington, fejn huwa mifhum li nqatlu.

Ekonomija

Sport